MESSAGG TAL-QDUSIJA TIEGHU GHALL-XLIV JUM DINJI TA’ TALB GHALL-VOKAZZJONIJIET
29 ta’ April 2007
Il-Vokazzjoni ghas-Servizz tal-Knisja-komunjoni Gheziez Tieghi! Il-Jum Dinji ta’ Talb ghall-Vokazzjonijiet, li niccelebraw kull sena, joffri okkazjoni tajba biex inressqu ’l quddiem l-importanza tal-vokazzjonijiet fil-hajja u l-missjoni tal-Knisja, kif ukoll biex nintensifikaw it-talb taghna halli jkun hawn jieda fin-numru u fil-kwalità ta’ vokazzjonijiet. Ghac-Celebrazzjonijiet li gejjin, nixtieq nigbed ghall-attenzjoni tal-poplu kollu ta’ Alla din it-tema, li issa hi aktar attwali minn qatt qabel: il-vokazzjoni ghas-servizz tal-Knisja bhala komunjoni. Is-sena li ghaddiet, fl-udjenzi generali ta’ nhar t’Erbga, kont bdejt serje gdida ta’ katekezi indirizzati lejn ir-relazzjoni bejn Kristu u l-Knisja. Indikajt li l-ewwel komunità Kristjana inbniet, fil-qalba originali taghha, meta xi sajjieda mill-Galilija, wara li ltaqghu ma’ Gesù, hallew lilhom infushom jintrebhu mill-harsa u l-lehen tieghu, u accettaw is-sejha persistenti tieghu: “Ejjew warajja, u naghmel minnkom sajjieda tal-bnedmin!” (Mk 1, 17; ara wkoll Mt 4, 19). Fil-fatt, Alla dejjem ghazel lil xi whud biex jahdmu mieghu b’mod aktar dirett, biex iwettaq il-pjan tas-salvazzjoni. Fit-Testment l-Antik, fil-bidu, huwa sejjah lil Abraham biex jifforma “gens kbir” (Gen 12, 2); wara dan sejjah lil Mosè biex jehles lil Israel mill-jasar ta’ l-Egittu (ara E 3, 10). Kompla billi ghazel persuni ohra, specjalment il-profeti, biex iharsu u jzomu haj il-patt mal-poplu. Fit-Testment il-Gdid, Gesù, il-Messija mwieghed, stieden lil kull wiehed mill-Appostli biex ikun mieghu (ara Mk 3, 14) u biex ikollu sehem mill-missjoni tieghu. Fl-Ahhar Cena, waqt li fdalhom id-dmir li jkomplu l-memorjal tal-mewt u l-qawmien tieghu sal-mija glorjuza tieghu fl-ahhar taz-zmien, huwa offra ghalihom lil Missier din it-talba b’qalbu maqsuma: “Jiena gharrafthom ismek u ghad ngharrafhulhom izjed, biex l-imabba li biha abbejtni tkun fihom u jiena fihom” (Gw 17, 26). Il-missjoni tal-Knisja, ghalhekk, hija mwaqqfa fuq rabta u komunjoni intima u fidila ma’ Alla. Il-Kostituzzjoni Lumen Gentium tal-Koncilju Vatikan II, meta tiddeskrivi l-Knisja bhala “poplu maghmul haga wahda fl-unità tal-Missier, u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu” (nru 4), tfisser li dan il-poplu jirrifletti l-qalba tal-misteru ta’ Alla. Fi kliem iehor, l-imhabba tat-Trinità tidher tirrifletti fil-Knisja. Bhala rizultat tal-hidma ta’ l-Ispirtu s-Santu, il-membri kollha tal-Knisja jiffurmaw “isem wiehed u ruh wahda” fi Kristu. Dan il-poplu, mibni u strutturat b’mod organiku taht it-tmexxija tar-Rghajja tieghu, jghix il-misteru ta’ komunjoni ma’ Alla u ma’ l-ahwa, b’mod specjali meta jingabar ghall-Ewkaristija. L-Ewkaristija hija s-sors ta’ dik l-unità ekklezjali li ghaliha talab Gesù awl il-lejl qabel ma bata: “Missier ... li jkunu huma wkoll haga wahda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bghattni” (Gw 17, 21). Hija komunjoni mela bhal din li ghandha tkabbar vokazzjonijiet generuzi ghas-servizz tal-Knisja: il-qalb ta’ min jemmen, mimlija b’imhabba divina, titqanqal biex tiddedika lilha nfisha kollha kemm hi, ghall-bini tas-Saltna. Biex jitrawmu l-vokazzjonijiet, mela, huwa mportanti li fil-hidma pastorali tinghata attenzjoni lill-misteru tal-Knisja bhala komunjoni; dan ghaliex il-membri li jghixu f’komunità ekklezjali li fiha jispikkaw l-armonija, il-ko-responsabbiltà u l-imgieba kuxjenzjuza, zgur li se jsibuha aktar facli li jaghrfu s-sejha tal-Mulej. Il-kura tal-vokazzjonijiet, ghalhekk, titlob “edukazzjoni” kontinwa ghas-smigh tal-vuci ta’ Alla. Hekk ghamel Gheli, meta ghen liz-zghazugh Samwel biex jifhem dak li Alla kien qed jghidlu u minnufih iqieghed fil-prattika il-kelma li rcieva (ara 1 Sam 3, 9). Issa smigh bhal dan, b’qalb docli u fidila, jista’ jseh biss fi klima ta’ komunjoni intima ma’ Alla, li tinholoq principalment bit-talb. Skond il-kmand car li taghna l-Mulej, irridu nitolbu bil-herqa ghad-don ta’ aktar vokazzjonijiet, fuq kollox billi nirrikorru flimkien u bla heda ghand “Sid il-hsad”. L-istedina hawn qed issirilna fil-plural: “Itolbu mela lil Sid il-hsad biex jibghat haddiema ghall-hsad tieghu” (Mt 9, 38). Din l-istedina tal-Mulej taqbel ferm ma’ l-istil li nsibu fit-talba tal-“Missierna” (Mt 6, 9), talba li ghallimna hu stess u li, skond espressjoni maghrufa ta’ Tertulljanu, tipprovdilna “sintesi shiha tal-Bxara t-Tajba” (ara De Oratione, 1, 6: CCL I, 258). Hemm espressjoni ohra ta’ Gesù li minnha nistghu inkomplu nitghallmu aktar: “Jekk tnejn minnkom fuq l-art jghollu lehinhom flimkien biex jitolbu xi haga, Missieri li hu fis-smewwiet, jaghtihielhom” (Mt 18, 19). Ir-Raghaj it-Tajjeb, mela, jistedinna nitolbu lil Missierna tas-sema, li nitolbu maghqudin flimkien u b’insistenza, li jibghat vokazzjonijiet ghas-servizz tal-Knisja-komunjoni. Mill-hazna ta’ esperjenza pastorali ta’ sekli sa, il-Konilju Vatikan II ried jemfasizza l-importanza li sacerdoti futuri jitghallmu l-komunjoni ekklezjali awtentika. F’dan id-dawl, fi Presbyterorum Ordinis naqraw: “Waqt li jezercitaw il-ministeru ta’ Kristu, ir-raghaj u r-ras, skond is-sehem taghom fl-awtorità tieghu, is-sacerdoti, f’isem l-Isqof, jibru flimkien il-familja t’Alla bhala xirka animata minn spirtu wiehed. Bi Kristu jmexxuhom, fl-Ispirtu s-Santu, lejn Alla l-Missier” (nru 6). L-Ezortazzjoni Appostolika post-sinodali Pastores dabo vobis ittenni dan l-istess hsieb tal-Koncilju, meta temfasizza li s-sacerdot huwa “l-qaddej tal-Knisja-komunjoni ghaliex f’ghaqda ma’ l-Isqof u f’relazzjoni intima ma’ hutu sacerdoti hu jibni l-ghaqda tal-komunità tal-Knisja billi jghaqqad flimkien f’armonija shiha l-hafna vokazzjonijiet, karizmi u servizzi” (nru 16). Fi dan il-poplu t’Alla huwa indispensabbli li kull ministeru u kull karizma tkun indirizzata lejn komunjoni shiha; huwa d-dmir ta’ l-Isqof u s-sacerdoti li jinkuragixxu din il-komunjoni, fi qbil ma’ kull vokazzjoni u servizz iehor fil-Knisja. Il-hajja konsagrata, min-natura tagha stess, hija wkoll ghas-servizz ta’ din il-komunjoni, kif jemfasizza l-predecessur venerabbli tieghi Gwanni Pawlu II fl-Ezortazzjoni Appostolika post-sinodali Vita consecrata: “Il-hajja konsagrata ghandha certament tinghata l-mertu li ghenet biex jinzamm haj fil-Knisja, b’mod effettiv, il-kmandament ta’ l-imhabba bhala mod ta’ xhieda ghat-Trinità. Il-hajja konsagrata, waqt li bla heda pproponiet l-imhabba fraterna u anke l-ghixien flimkien f’komunità, turina car li huwa meta nippartecipaw f’din il-komunjoni Trinitarja li jinbidlu r-relazzjonijiet bejn il-bnedmin u tinholoq tip gdid ta’ solidarjetà” (nru 41). Fil-qofol ta’ kull komunità Kristjana hemm l-Ewkaristija, l-ghajn u l-qucata tal-hajja kollha tal-Knisja. Kull min iqieghed lilu nnifsu ghas-servizz tal-Bxara t-Tajba, jekk jghix l-Ewkaristija, jikber fl-imhabba t’Alla u tal-proxxmu, u b’hekk ikun qed jghin fil-bini tal-Knisja bhala komunjoni. Hija din “l-Imhabba Ewkaristika” li timmotiva u tifforma l-bazi tal-hidma vokazzjonali tal-Knisja kollha. Dan nistghu narawh ghaliex, bhalma ktibt fl-Eniklika Deus caritas est, vokazzjonijiet ghas-sacerdozju u ghall-ministeri u s-servizzi l-oha, joktru fi hdan il-poplu t’Alla kull fejn hemm dawk li fihom jista’ jidher Kristu fil-Kelma tieghu, fis-sagramenti u, specjalment, fl-Ewkaristija. Dan jiri peress li “fil-Liturgija tal-Knisja, fit-talb taghha, fil-komunità hajja ta’ dawk li jemmnu, ana nesperjenzaw l-imabba t’Alla, nilmu l-preenza tiegu u b’hekk nitgallmu nagrfu dik il-preenza fil-ajja tagna ta’ kuljum. Hu habbna l-ewwel u hekk jibqa’ jaghmel; ahna wkoll, mela, ghandna nwiegbu b’imhabba” (nru 17). Fl-ahharnett, induru lejn Marija, li wieznet l-ewwel komunità fejn “lkoll qalb wahda kienu jitolbu flimkien” (Atti 1, 14), sabiex tkun hi li tghin lill-Knisja fid-dinja tal-lum biex tkun ikona tat-Trinità, sinjal elokwenti ta’ l-imhabba divina lejn il-poplu kollu. Inhallu lil din il-Vergni, li minnufih wiegbet ghas-sejha tal-Missier bil-kliem: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej” (Lq 1, 38), tintercedi ghalina sabiex il-poplu kollu Nisrani ma jkunx nieqes minn qaddejja ta’ ferh divin: sacerdoti li, f’komunjoni ma’ l-Isqfijiet taghhom, ihabbru l-Bxara t-Tajba fedelment u jicelebraw is-sagramenti, jiehdu hsieb il-poplu t’Alla, lesti biex jevangelizzaw l-umanità kollha. Nitolbuha tizgura li fi zmienna wkoll jikber in-numru ta’ persuni konsagrati, li jmorru kontra l-kurrent, waqt li jghixu l-faqar, il-kastità u l-ubbidjenza, u b’mod profetiku jaghtu xhieda ta’ Kristu u l-messagg tieghu ta’ salvazzjoni u helsien. Gheziez huti, lilkom li l-Mulej sejjah ghal vokazzjonijiet partikolari fi-Knisja: nixtieq nafdakom b’mod specjali lil Marija, biex hi, li aktar minn kulhadd gharfet it-tifsira tal-kliem ta’ Gesù, “Ommi u huti huma dawk li jisimghu l-kelma t’Alla u jaghmlu li jghid Hu” (Lq 8, 21), tghallimkom tisimghu lil Binha divin. Hija tghinkom tghidu bil-hajja taghkom kollha: “Hawn jien, gejt biex naghmel ir-rieda tiegek, O Alla” (ara Lhud 10, 7). B’dawn ix-xewqat, nizgura lil kull wiehed u wahda minnkom post specjali fit-talb tieghi u minn qalbi nberikkom ilkoll. Mill-Vatikan, 10 ta’ Frar 2007. Benedittu XVI
- Homepage
- The Brothers
- John Baptist de La salle
- With and For the Young
- THE LASALLIAN SCHOOL
- CHECKLIST
- Five Axioms of Lasallian Educa
- JBDLS - Principal Contribution
- The Lasallian Maltese Network
- Picture Gallery
- VOCATIONS
- LINKS
- Guestbook
- Find out More
- PRAYER OF THE TEACHER
- Message on Vocation Day
Banner UK